Monday 18 November 2013

Intervista Lil Xjentist Malti -By Liam Borg

          Intervista lil Xjentist Malti

F’Novembru li ghadda  il-grupp taghna ‘The Test Tube‘ kellu l-oportunita li nintaqaw ma xjentist Malti.  Nigel Barbara u jiena preparajna ftit mistoqsijiet u intervistajna lil Dr.Edward Duca.  Dr.Duca jahdem fl-Universita ta’ Malta fejn hu jippromwovi x-xjenza u ricerka xjentifika ghal Maltin.
Dr Duca kien persuna simpatika ħafna u aħna verament ħadna gost niddiskutu miegħu x-Xjenza u l-importanza li għandha fil-ħajja tiegħu. Huwa beda l-intervista billi jispjega l-interess tiegħu fl-Xjenza li min dejjem kienet hemm. Dr. Duca spjegalna kif meta kien għadu tifel żgħir kien kurjużi dwar affarijiet differenti li kienu mdawru, speċċjalment  l-annimali. L-Interess tiegħu kompla jikber matul is-snin skolastiċi tiegħu speċjalment meta s-suġġett jitkellem fuq affarijiet ħajjin u l-funzjonijiet varji tal-ġisem. Dr Duca dejjem kien jaf li huwa jixtieq li jkollu karriera futura li tiffoka fuq ix-Xjenza.

Dr. Edward Duca studja fl-Università taMalta u aktar tard kompla l-istudji tiegħu barra mill-pajjiż fl-Iskozja.  Ir-riċerka tal-PhD tiegħu ffokat fuq il-Ġenetika u huwa spjegalna kif fl-esperimenti tiegħu huwa uża dubbien tal-frott li għenuh jinvestiga oqsma speċifiċi ta' DNA tagħna.

Fil-mument Dr
. Duca huwa l-editur ta' rivista tal-UoM  "Think".  Permezz tal-ħidma tiegħu huwa wkoll involuti fiproġetti nazzjonali differenti li jippromovu x-Xjenza. Matul is-sena li għaddiet kien parti mit-tim li organizza "Science In The City". Dr. Duca spjegalna li kien involut  f’ħafna xogħol iebes, iżda fl-aħħar kienet esperjenza ta' suċċess kif ukoll ta’ sodisfazjon kbir.

Fil-ħin liberu tiegħu Dr
. Duca jħobb jivvjaġġa, jaqra u jfittex dwar skoperti xjentifiċi  fuq l-internet. Huwa wkoll iħobb  jilgħab logħob ta’ tip ‘battle games’ mal-ħbieb tiegħu, li wieħed minnhom huwa għalliem fl-iskola tagħna , is-Sur Albert Grech.

Din l-intervista kienet esperjenza ferm pożittiva u Dr
. Duca temm il-laqgħa tagħna billi ħeġġiġna li qatt maghna naqgħtu qalbna u nkomplu nippressistu fuq l-istudju tagħna fix-Xjenza.


1 comment:

  1. Article written by Liam Borg who conducted the interview (together with Nigel Barbara) - November 2012

    ReplyDelete