F’Novembru li
ghadda il-grupp taghna ‘The Test Tube‘ kellu l-oportunita li
nintaqaw ma xjentist Malti. Nigel
Barbara u jiena preparajna ftit mistoqsijiet u intervistajna
lil Dr.Edward Duca.
Dr.Duca jahdem f’l-Universita
ta’ Malta fejn hu jippromwovi x-xjenza u ricerka
xjentifika ghal Maltin.
Dr
Duca kien persuna simpatika
ħafna u aħna verament ħadna gost niddiskutu miegħu x-Xjenza u l-importanza li għandha
fil-ħajja tiegħu. Huwa beda l-intervista billi jispjega l-interess tiegħu
fl-Xjenza li min dejjem
kienet hemm. Dr.
Duca spjegalna kif meta kien
għadu tifel żgħir
kien kurjużi dwar affarijiet differenti li kienu mdawru,
speċċjalment l-annimali. L-Interess
tiegħu kompla jikber matul is-snin
skolastiċi tiegħu speċjalment meta s-suġġett jitkellem fuq affarijiet
ħajjin u l-funzjonijiet varji tal-ġisem. Dr Duca dejjem kien jaf li huwa
jixtieq li jkollu karriera futura li tiffoka fuq ix-Xjenza.
Dr.
Edward Duca studja fl-Università ta’ Malta
u aktar tard kompla l-istudji tiegħu barra mill-pajjiż fl-Iskozja. Ir-riċerka
tal-PhD tiegħu
ffokat fuq il-Ġenetika u huwa
spjegalna kif fl-esperimenti tiegħu huwa uża dubbien tal-frott li għenuh
jinvestiga oqsma speċifiċi ta' DNA tagħna.
Fil-mument Dr. Duca huwa l-editur ta' rivista tal-UoM "Think". Permezz tal-ħidma tiegħu huwa wkoll involuti fi’ proġetti nazzjonali differenti li jippromovu x-Xjenza. Matul is-sena li għaddiet kien parti mit-tim li organizza "Science In The City". Dr. Duca spjegalna li kien involut f’ħafna xogħol iebes, iżda fl-aħħar kienet esperjenza ta' suċċess kif ukoll ta’ sodisfazjon kbir.
Fil-ħin liberu tiegħu Dr. Duca jħobb jivvjaġġa, jaqra u jfittex dwar skoperti xjentifiċi fuq l-internet. Huwa wkoll iħobb jilgħab logħob ta’ tip ‘battle games’ mal-ħbieb tiegħu, li wieħed minnhom huwa għalliem fl-iskola tagħna , is-Sur Albert Grech.
Din l-intervista kienet esperjenza ferm pożittiva u Dr. Duca temm il-laqgħa tagħna billi ħeġġiġna li qatt maghna naqgħtu qalbna u nkomplu nippressistu fuq l-istudju tagħna fix-Xjenza.
Article written by Liam Borg who conducted the interview (together with Nigel Barbara) - November 2012
ReplyDelete